Armonija

Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna
Ifittex post 'il boghod mid-dlam u l-ksieh
Kulfejn ihabbat m'hemmx hlief djar mimlija
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif thenn

Arah ghaddej mit-triq bid-dwal imzejna
Presepji u pasturi hemm f'kull dar
Minn gewwa hiereg kant u daqq ferriehi
'Ma dawl u daqq ghalih ma jfisser xejn

Ma jridx jisma' l-kant sabih tal-angli
Ma jridx l-istilla ssebbah b'dawlha l-lejl
Irid jghix qalb nies jghixu f'armoni - ja
Irid isib li qalbek taf thobb
Irid isib li qalbek taf thobb

Il-ksieh li llum ihoss mhux ksieh ix-xitwa
Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl
Il-ksieh li gej minn qlub kiesha rhama
Id-dlam, nuqqas ta' dawl minhabba d-dnub

Tibzax, hallih jistkenn mill-bard f'qiegh qalbek
Kebbislu halli jishon f'qalbek nar
Ha jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb
Mal-bnedmin hutek ghanni paci fl-art



Credits
Writer(s): Karm Debattista
Lyrics powered by www.musixmatch.com

Link