Il-Banana Hadtu

Oqogħdu hemmhekk u indannaw flimkien
Dalwaqt ser itmutu f'dan l-inkwiet
Kanna bħal tas-sena ma jagħtihielkom ħadd
Għax li nkissrukom żgur ma stennejtuha qatt!

U tal-blu, u tal-blu, il-banana
Din is-sena ħadtu żgur!
U rajtu, u rajtu li f'dil-ħarqa
Fottejnielkom dan l-unur!

L-unur li, l-unur li bih tiftaħru
Li għalikom ma jista' ħadd!
Iżda lilna ssottovalutajtu
Li kissirnikom huwa fatt!

Oqogħdu hemmhekk u indannaw flimkien
Dalwaqt ser itmutu f'dan l-inkwiet
Kanna bħal tas-sena ma jagħtihielkom ħadd
Għax li nkissrukom żgur ma stennejtuha qatt!

U tal-blu, u tal-blu, il-banana
Din is-sena ħadtu żgur!
U rajtu, u rajtu li f'dil-ħarqa
Fottejnielkom dan l-unur!

L-unur li, l-unur li bih tiftaħru
Li għalikom ma jista' ħadd!
Iżda lilna ssottovalutajtu
Li kissirnikom huwa fatt!

Intom tat-tnax!

Għajjartuna li min mhux magħkom huwa baħnan
Għaliex kien ser jibla' d-duħħan
Iżda urejniekom li fir-raħal iċ-champions aħna
U intom blajtu d-daħna!

Kollu ġo wiċċkom ġie dak li għajjartuna bih
U intom bqajtu tegħrqu hemm fil-qiegħ
Oqogħdu hemm araw lilna niċċelebraw
Wara das-suċċess hekk kbir!

Bil-kameras u l-videos ġejtu tiffilmjaw
Sabiex intom lilna tikkupjaw
Iżda s-sigriet tagħna huwa fl-għaqda u mhux fil-ħadid
U intom minn din żgur neqsin!

Oqogħdu hemm araw lilna norganiżżaw
U intom hemmhekk tħarsu u tindannaw
Bħalna le ma tagħmlux, magħna żgur ma tlaħħqux
Għaliex bħalna mkien m'hawn!

Kollu ġo wiċċkom ġie dak li għajjartuna bih
U intom bqajtu tegħrqu hemm fil-qiegħ
Oqogħdu hemm araw lilna niċċelebraw
Wara das-suċċess hekk kbir!

Aħjar toqogħdu kwieti u tħalluna,
Ghaliex min huwa l-kbar kulħadd jinduna,
F'tal-art aħna ħadna l-unuri kollha,
U l-banana ħadtu żgur!

Aħjar toqogħdu kwieti u tħalluna
Ghaliex min huwa l-kbar kulħadd jinduna
F'tal-art aħna ħadna l-unuri kollha
U l-banana ħadtu żgur!

U l-banana ħadtu żgur!
U l-banana ħadtu żgur!



Credits
Writer(s): Sezzjoni Zghazagh Stillieri
Lyrics powered by www.musixmatch.com

Link