Bla Tarf (feat. Malta Philharmonic Orchestra) [Orchestral Version]

Kemm fittixtek 'l hemm u 'l hawn
F'post mudlam stennejt id-dawl
Ġrejt kemm flaħt wara l-ħmerijiet
Sa ma fl-aħħar lilek sibt

Fil-mument li kont fit-tarf
Lil dil-qalb inti sabbart
Iżda llum wasal il-ħin, li nagħtu kelma lil xulxin

Dal-mument kemm stennejnieh
It-tnejn flimkien ħdimna għalih
Għalkemm forsi diġà taf
Imħabbti għalik hija bla tarf

Tini idejk jien hawn għalik
Jien lest li nipproteġik
Imħabbtek għamlitni kuntent
Tagħna t-tnejn dan il-mument

Nibku, nidħku u niċċaċċraw
Insiefru flimkien 'l hemm u 'l hawn
Lest li nagħtik kull ma trid
Għadek qas taf x'għandi bik

F'ħakka t'għajn jgħaddu s-snin
Ma' saqajna żewġ ċkejknin
Ma nixbax nimlikom bews
Għalija tkunu l-univers

Dal-mument kemm stennejnieh
It-tnejn flimkien ħdimna għalih
U għalkemm forsi diġà taf
Imħabbti għalik hija bla tarf

Tini idejk jien hawn għalik
Jien lest li nipproteġik
Imħabbtek għamlitni kuntent
Tagħna t-tnejn dan il-mument

Dal-mument kemm stennejnieh
It-tnejn flimkien ħdimna għalih
U għalkemm forsi diġà taf
Imħabbti għalik hija bla tarf

Tini idejk jien hawn għalik
Jien lest li nipproteġik
Imħabbtek għamlitni kuntent
Tagħna t-tnejn dan il-mument



Credits
Writer(s): Peter Borg, Kurt Calleja, Aleandro Spiteri
Lyrics powered by www.musixmatch.com

Link