Eli (Rieqed Trankwill)

Eli, għidli x'int toħlom
Eli, għidli x'int toħlom
Moħħok mistrieħ, xi lwien qed jara?
Jien daqt nitlaq għax-xogħol, qed nipprepara

Waqt l'int rieqed trankwill
Waqt l'int rieqed trankwill

Eli fejn inti sejjer?
Ibq' hawn, u naqralek stejjer
Ma rrid xejn iktar milli nkun miegħek
U nikber mill-ġdid fl-imħabba tiegħak

Waqt l'int rieqed trankwill
Waqt l'int rieqed trankwill

Togħnos mal-wens ta' dil-kitarra
Il-mostri l-kbar ħallejthom barra
Waqt l'int rieqed trankwill
Waqt l'int rieqed trankwill
Waqt l'int rieqed trankwill
Waqt l'int rieqed trankwill



Credits
Writer(s): Mik Il-malti
Lyrics powered by www.musixmatch.com

Link